Għin lill-Pulizija ssib lil dan ir-raġel

Manuel Giovannelli, Taljan ta’ 42 sena ġie rrappurtat nieqes lill-Pulizija ilbieraħ, 5 ta’ Marzu, 2020.

Manuel għandu xagħru qasir u jilbes nuċċali.

Kull min għandu xi informazzjoni dwar dan ir-raġel, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.

Xerred dan l-artiklu biex tgħin lill-Pulizija ssib lir-raġel.