Għin lill-Pulizija ssib lil dan ir-raġel

Il-Pulizija qed titlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jinstab Milos Vidakovic, raġel ta’ 32 sena.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li kull min għandu informazzjoni dwar dan ir-raġel huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt magħha, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 21224001 jew 119.

Il-Pulizija ma qalitx għalfejn qed tfittex lir-raġel.

Però, skont is-sit Lovin Malta r-raġel imfittex huwa mis-Serbja. Allegatament huwa kien involut f’inċident f’San Pawl il-Baħar it-Tnejn filgħaxija li fih raġel mill-Maċedonja spiċċa fil-periklu tal-mewt wara li ġie aggredit b’arma taqta’ u bil-ponta.

Attentat ta’ qtil f’San Pawl il-Baħar; raġel fil-periklu tal-mewt

Il-komunità tal-Maċedonja f’Malta semmiet lil Vidakovic b’ismu l-Erbgħa li għadda fuq Facebook. Ippubblikat ukoll xi ritratti tiegħu.