Read in English.
Tfajla ta’ 15-il sena ġiet irrapurtata nieqsa.
Fi stqarrija l-pulizija qalet li t-tfajla bl-isem ta’ Luana Borg kienet liebsa libsa sewda u ġakketta sewda tal-ġilda.
Il-Pulizija appellat li kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-persuna, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.
Din mhux l-ewwel darba li din it-tfajla ġeit irrapurtata nieqsa. Fis-7 ta’ Lulju li għadda l-pulizija kienu appellaw l-għajnuna tal-pubbliku wara li ġiet irrapurtata nieqsa.
F’Diċembru li għadda Borg kienet irrapurtata nieqsa lill-pulizija.