Read in English.
Il-familja Briffa kienet waħda mill-familji affettwati min-nirien li ħakmu blokka appartamenti fil-Ħamrun il-ġimgħa li għaddiet.
Fil-15 ta’ Diċembru, nirien ħakmu blokka appartamenti fi Triq Melintone Scerri. Minkejja li ħadd ma ndarab, il-persuni ġew evakwati sakemm isiru x-xogħlijiet meħtieġa. Il-Gvern offra akkomodazzjoni temporanja lir-residenti, billi l-appartamenti li ħadu n-nar kienu ta’ akkomodazzjoni soċjali.
Il-ġimgħa li għaddiet
Nirien f’appartamenti fil-Ħamrun; Il-Gvern b’akkomodazzjoni temporanja għall-familji
Avolja l-familji affettwati ngħataw saqaf temporanju fuq rashom, huma tilfu l-affarijiet tagħhom fin-nirien. Għalhekk, qed jinġabru l-flus biex jgħinu lill-familja Briffa, waħda mill-familji affettwati.
S’issa nġabru €3,000.
Ara kif tista’ tgħin billi tagħfas hawn.