Għin lil Jaydon biex xi darba jilgħab u jiġri ma’ tfal oħra

Iċ-ċkejken Jaydon Ciangura jsofri minn trombożi ċelebrali (Cerebral Palsy) u l-unika tama tiegħu huma żewġ operazzjonijiet serji fl-Istati Uniti.
Jaydon jixtieq li xi darba jkun jista’ jilgħab u jiġri ma’ tfal oħra bħalu.
L-operazzjonijiet li jridu jsiru fis-Saint Louis Children’s Hospital f’Missouri qed iħallu spejjeż kbar fuq il-familja u għaldaqstant qed jitolbu biex min jista’ jagħti donazzjonijiet.
Dawk kollha li jixtiequ jagħtu xi donazzjoni jistgħu jagħmlu dan billi jittrasferixxu flus fil-kont bankarju b’dawn id-dettalji:

  • BANK OF VALLETTA “JAYDON FUND”
  • IBAN: MT98VALL22013000000040025062368
  • BIC: VALLMTMT

Għal aktar informazzjoni, ibgħat imejl fuq alfciang@hotmail.com.