Għin lil din il-familja ssib ċurkett tat-tieġ

Ġuvni minn Għawdex qal li nanntu dan l-aħħar qattgħet l-aħħar jiem ta’ ħajjitha l-isptar. Hija kienet ilha minn Marzu fis-sala tad-daycare iżda skont kif qal in-neputi tagħha, hija ġiet trasferita fis-sala fin-naħa tal-irġiel xi ġimgħat ilu.

Il-ġuvni qal li dan l-aħħar ma rawx iċ-ċurkett taż-żwieġ fuq subgħajha u issa li mietet ma setgħu isibuh imkien. Huwa għamel appell biex jekk xi ħadd sabu jew jaf fejn tpoġġa, jgħarraf lill-familjari minħabba li ċ-ċurkett għandu valur sentimentali għall-familja. Huwa qal li jispera li ċ-ċurkett intilef u li ħadd ma serqu.

Iċ-ċurkett huwa tad-deheb u għandu disinni ta’ qalb.

Min għandu xi dettalji dwar dan iċ-ċurkett jista’ jagħmel kuntatt man-neputi tal-mara, fuq 79560504 jew 79560505.505. Also, I would like people to know that the ring is gold and has hearts on it.