Għin lil dawn il-ħnieżer bla dar

Animal Liberation Malta / Facebook

Animal Liberation Malta qegħdin jappellaw biex il-pubbliku jgħin lil xi ħnieżer li qegħdin għall-addozzjoni billi jtihom dar permanenti.

Il-ħnieżer, li sa ġimgħa ilu kien hemm 9 minnhom, għandhom bejn 4 u 9 ġimgħat. ALM appellaw biex in-nies jagħmlu att ta’ karità ma’ dawn il-ħnieżer, li idealment għandhom jiġu addottati f’pari sabiex ma jinfirdux minn xulxin.

Animal Liberation Malta spjegaw lil Newsbook.com.mt li dawn il-qżieqeż huma wlied ħnieżer oħra li kienu salvaw.

Min hu interessat jista’ jikkuntattja lil Animal Liberation Malta fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook.

These loveable piglets are looking for a new home where they would make a unique pet.There are 9 in total, aged…

Posted by Animal Liberation Malta on Tuesday, December 11, 2018