Għin biex titlesta kabina għall-klieb tal-pazjenti fl-Isptar Mater Dei

Read in English.

L-għaqda żagħżugħa JCI Malta qed torganizza maratona ta’ 12-il siegħa ta’ mużika live nhar il-Ħadd li ġej bħala sforz aħħari sabiex jinġabru mal-€5,000 f’fondi li jwasslu għall-finalizzar ta’ kabina għall-klieb tal-pazjenti fl-Isptar Mater Dei.

Aqra: ​Il-pazjenti f’Mater Dei se jqattgħu ħin mal-klieb tagħhom

L-avveniment li qed jiġi ssaportjat mill-istazzjon tar-radju 103, se jkun qed isir nhar il-Ħadd 25 ta’ Awwissu fil-11.30am ġewwa Hard Rock Cafe, Baystreet. Kull min jattendi se jkun jista’ jisma’ bosta mużiċisti varji lokali fosthom Luke Chappell u Relikc.

Il-kabina li hija magħrufa bħala Reunited Pet Cabin huwa proġett ta’ Survivors Malta u JCI Malta li se jgħin sabiex pazjenti li jkunu qed jirċievu l-kura fl-Isptar Mater Dei ikunu jistgħu jqattgħu ftit tal-ħin mal-klieb tagħhom. Il-kabina se tintuża wkoll għat-terapija bl-użu tal-annimali għall-pazjenti fl-isptar.

Aqra: Grazzi kbira mill-omm li ġabret somma kbira ta’ flus għall-klieb f’Mater Dei

JCI Malta qed tħeġġeġ lill-pubbliku sabiex jattendi l-avveniment tal-Ħadd li ġej u jagħti d-donazzjoni tiegħu għal dan l-għan.

Jekk tixtieq tagħmel il-kontribut tiegħek minn issa, tista’ tibgħat SMS fuq wieħed minn dawn in-numri:

  • 50617381 – €2.33
  • 50617908 – €4.66
  • 50618924 – €6.99
  • 50619224 – €11.65

Aktar dettalji dwar il-Live Music Marathon minn hawn.