“Għidtlu iva!” – Dorcas

Ritratt: Facebook/DorcasDebono

Ilbieraħ, fil-Jum tal-Milied, il-kantanta Dorcas Debono kellha sorpriża li am kienitx qed tistenna. Dan għaliex il-maħbub tagħha Neil Chircop ipproponilha biex tiżżewwġu… u hija qaltlu “iva”.

Ritratt: Facebook/DorcasDebono

Dorcas twieled fl-1993 u bdiet il-karriera tagħha bħala kantanta fl-età ta 13-il sena. L-ewwel festival li ħadet sehem fih kien fis-sezzjoni Talent Żagħżugħ tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza tal-2008, permezz tal-kanzunetta Stilla.

Fl-2011 rebħet il-festival Ilwien Mużikali u fl-2013 ikklassifikat fir-rabà post tal-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija bil-kanzunetta Din Jien.

Fl-2015 ġiet fit-tieni post tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetta Ma Ninsa Qatt.

Baqgħet tieħu sehem f’aktar konkors u l-aħħar li rajniha kien f’Awwissu li għadda fil-festival L-Għanja tal-Poplu.

U issa jmiss il-pass il-kbir fil-ħajja personali tagħha.

Ritratt: Facebook/DorcasDebono

Awguri Dorcas u Neil.