Għidli kif tagħtas u ngħidlek x’int!

Qatt ħsibt li anke l-għatis studjaw bir-reqqa? Studji xjentifiċi juru li hemm erba’ kategoriji differenti ta’ għatis:
L-għatis sensittiv: Min jagħtas b’mod sensittiv, ġeneralment jagħtas darba, idawwar wiċċu ‘l hinn min-nies. Min jagħtas hekk aktarx huwa bniedem li jevita l-kunflitti u jħobb jindokra lil ħaddieħor.

L-għatis kawt: Min jagħtas b’dan il-mod normalment jgħatti ħalqu u huwa tip ta’ bniedem li joqgħod attent dwar dak li jgħid quddiem in-nies.

L-għatis ta’ ‘Ejja ħa mmorru’: Min jagħtas hekk jew jipprova jżommha ġewwa jew inkella jagħtas waħda kbira. Dawn it-tip ta’ nies aktarx huma mexxejja u jħabirku biex ilestu xogħolhom.

L-għatis entużjastiku: Min, minn sempliċi għatisa, joħloq dramm sħiħ, qisu żbroffa xi vulkan. Dawn huma nies spontanji u kariżmatiċi li ma jiddejqux jgħidu x’jaħsbu.

Int f’liema kategorija taqa’?