Għid ‘Hello’ lill-2015 ma’ Emirates

Il-prezzijiet, li jinkludu t-taxxi, ta’ biljetti f’economy class minn Malta jibdew minn €190 lejn Ċipru, €617 lejn Dubaj, €652 lejn Delhi, €704 lejn Bangkok, €746 lejn Beijing, €788 lejn Tokyo, €827 lejn Johannesburg, €873 lejn Manila, €1,315 lejn Melbourne u €1,327 lejn Sydney fost oħrajn.
Emirates qed toffri prezzijiet bi skont li jlaħħaq sa 20% inqas mill-prezzijiet normali f’economy class. Din l-offerta hi valida għall-bejgħ sal-Ħadd 8 ta’ Frar 2015 u t-tluq tal-vjaġġ minn Malta jrid isir sat-30 ta’ Ġunju 2015, bl-eċċezzjoni għal Ċipru.
L-offerta bl-iskont lejn Ċipru tibqa’ valida għall-bejgħ sal-aħħar ta’ Ġunju 2015 u t-tluq minn Malta jrid isir sal-aħħar ta’ Ġunju.
Il-prezzijiet ma jinkludux is-surcharge ta’ €20 ta’ tmiem il-ġimgħa għal tluq li jsir nhar ta’ Ġimgħa u s-Sibt.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt