Għexieren ta’ Sunni maħtufa u maqtula fl-Iraq

Amnesty International qed tgħid li fl-Iraq, fl-aħħar xhur, il-militanti Xiiti ħatfu u qatlu għexieren ta’ Sunni bħala tpattija għall-attakki tal-Istat Iżlamiku.
Skont Amnesty International, il-militanti ngħataw għajnuna u armi mill-Gvern Iraqi li qed jiġi akkużat li għen lil razza etnika biex tiġġieled kontra razza oħra fl-istess pajjiż.
In-Nazzjonijiet Magħquda wissiet li mill-inqas 180,000 ruħ kellhom jaħarbu minn djarhom minħabba l-ġlied bejn is-suldati Iraqqini u l-militanti tal-Istat Iżlamiku madwar belt waħda fil-parti tal-punent tal-pajjiż.