Ritratti: Jiżdiedu għal 761 il-midruba wara ġlied mal-pulizija

Mill-inqas 761 persuna ndarbet fi ġlied bejn il-Pulizija Spanjola u Katalani li kienu sejrin jivvutaw fir-referendum, hekk kif l-awtoritajiet Spanjoli ħalfu li ma jħalluhomx jivvutaw.
Uffiċjali stazzjonati apposta fl-inħawi tal-posijiet tal-votazzjoni qed imorru fuq in-nies, joħdulhom il-vot jew iżommuh milli jintefa’ fil-kaxex tal-votazzjoni.
Qed jinggħad li f’Barċellona, il-kapitali Katalana, il-Pulizija saħansitra użaw lembubi u bullits tal-gomma waqt protesti minn nies favur l-indipendenza tar-reġjun.
L-għadd ta’ midruba ġie kkonfermat mill-awtoritajiet tal-Gvern reġjonali tal-Katalonja, iżda fl-istess waqt il-Ministeru għall-Intern ta’ Spanja qed jgħid li 11-il uffiċjal weġġgħu.
Id-Deputat Prim Ministru ta’ Spanja,  Soraya Saenz de Santamaria, qalet li l-Pulizija aġixxiet b’mod professjonali u kif kien mistenni f’din is-sitwazzjoni, iżda l-mexxej Katalan, Carles Puigdemont, saħaq li l-użu mhux ġustifikat tal-vjolenza mill-awtoritajiet mhuwiex se jimmina r-rieda tal-Katalani.