Għexieren mejta wara sensiela ta’ splużjonijiet f’Bagdad u bliet oħra

Għexieren ta’ persuni nqatlu wara sensiela ta’ karozzi bombi fil-kapitali tal-Iraq Bagdad u anke fil-Belt ta’ Baquba.
L-attakki tal-lum seħħew ġurnata wara li sensiela ta’ splużjonjiet qatlu 38 persuna f’żoni abitati minn Musulmani Shitti f’Bagdad.
Il-militanti tal-Istat Iżlamiku qatlu wkoll ġurnalist li kien qed jaħdem fil-provinċja ta’ Sunni filwaqt li fil-provinċja ta’ Anbar inqatel il-kap tal-Pulizija b’attakk bil-bombi waqt li kien qed jivjaġġa f’konvoj.
Dawn l-attakki seħħew fid-dawl tal-ħidma tal-Gvern biex jikkontrolla l-progress li l-militanti tal-IS qed jagħmlu fit-Tramuntana tal-pajjiż.