Għexieren mejta wara li tegħreq dgħajsa bl-immigranti mil-Libja

Mal-150 immigrant huma maħsuba li mietu wara li d-dgħajsa li kienu fuqha għerqet madwar 100 kilometru ‘l barra mill-kosta Libjana.
Hu mifhum li d-dgħajsa telqet minn Garabulli nhar il-Ħadd li għadda.
Il-membri tas-sigurta’ tal-kosta Libjana ġew allarmati bl-inċident wara li l-kurrent daħħal xi iġsma fuq ix-xtajta.
Patrol boat li marret fuq il-post sabet għexieren ta’ iġsma ta’ immigranti.