Għexieren mejta f’inċident ieħor b’ajruplan

Ajruplan tal-merkanzija kkraxxja 800 metri wara li ħalla r-runway, fis-Sudan t’Isfel, u ħalla mill-inqas 40 persuna mejta.
Mill-inqas 7 mill-vittmi huma tfal.
L-inċident, li seħħ qrib ix-xmara Nil, seħħ ftit tal-ħin ilu u għadu mhux ċar jekk il-vittmi nvoluti kienux fuq l-ajruplan.
Kelliem mill-Uffiċċju tal-President qal li salvaw żewġ persuni – membru tal-ekwipaġġ u tifel jew tifla – hekk kif ikkonferma li ajruplani tal-merkanzija ġieli jġorru wkoll passiġġieri.