Għexieren, inkluż tfal, maħtufa mill-Boko Ħaram

Għexieren ta’ persuni ġew maħtufa fil-Kamerun, aktarx mill-grupp Iżlamista militanti Boko Ħaram.
Ħafna minn dawk maħtufa huma tfal.
Jidher li nqatlu wkoll erba’ persuni li ppruvaw jirreżistu li jiġu maħtufa.
Il-grupp militanti Niġerjan irnexxielu jieħu l-kontroll ta’ parti sostanzjali f’inħawi fil-pajjiż u issa qed jattakka rħula f’pajjiżi ġirien.
Iċ-Ċad fil-fatt għadu kif bagħat suldati tiegħu biex jiġġieldu lil Boko Ħaram fil-Kamerun.