Il-membru parlamentari Godfrey Farrugia staqsa lill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja biex tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ stennija għas-servizzi kollha mogħtija mill-Aġenzija Sapport.
Din il-lista tinkludi s-servizzi offruti u n-numru ta’ nies li applikaw u qegħdin jistennew xi servizz jew ieħor. Persuna tista’ tapplika għal aktar minn servizz wieħed fl-istess ħin.
- Sharing Lives – 14 -il persuna
- People Assistance Schemes – 8 persuni
- Independent Community Living Monitoring Service (ICLM) – 17 -il persuna
- Servizzi fil-Komunità – 49 persuna
- Servizzi ta’ Matul il-Jum – 110 persuna
- Sonia Tanti Independent Living Centre (STILC) – 112 persuna
- Servizz ta’ Assessjar u Interventi ta’ Ħidma Soċjali – 200 persuna
- Servizzi Residenzjali/NGOs – 315 persuna
- ACTU – 150 persuna
- Interpretazzjoni tal-Lingwa tas-Sinjali – ħadd