Għexieren arrestati f’diversi protesti fi Franza

Kważi titjira minn kull ħamsa minn u lejn Franza ġew ikkanċellati matul il-jum hekk kif il-pajjiż qed jiffaċċja l-ikbar strajk f’diversi snin.
Il-kontrolluri tal-ajru, xufiera tat-taxi u ħaddiema tas-servizz pubbliku ma rrappurtawx għax-xogħol, b’diversi kienu dawk li pprotestaw fit-toroq.
Iż-żewġ ajruporti internazzjonali ta’ Pariġi, ta’ Toulouse, Marsilja u ta’ Bordeaux kellhom l-iskedi ta’ titjiriet imħarbta.
Ix-xufiera tat-taxi segwew ordni ta’ go slow u mblukkaw diversi toroq madwar il-pajjiż waqt li l-pulizija arrestaw għexieren fejn kien hemm irvell f’xi dimostrazzjonijiet.
Il-protesti huma kontra dik li qed titqies bħala kompetizzjoni mhux ġusta, dwar pagi u telf ta’ impjieg.