Għex Malta wara li allegatament qata’ l-irjus fis-Sirja; arrestat l-Ungerija

Read in English.

Raġel li kien jgħix Malta sal-2018 allegatament kien involut fil-qtugħ tal-irjus tan-nies fis-Sirja, parti mill-atroċitajiet li kienet wettqet l-ISIS. Kien ġie arrestat fl-Ungerija f’Marzu.

Skont il-midja fl-Ungerija, il-prosekuturi Ungeriżi qed jakkużaw lir-raġel ta’ 27 sena li kien parti mill-għaqda terroristika ISIS. Hu ġie arrestat f’Marzu li għadda fl-Ungerija. L-akkużat qed jinsisti li huwa innoċenti.

Skont rapporti fil-midja l-awtoritajiet tkellmu ma’ 10 xhud, uħud minnhom f’Malta, dwar il-każ.

Skont il-Eurojust, is-suspettat kellu status ta’ refuġjat fil-Greċja. Intqal li hemm suspett li kellu involviment attiv fil-qtil ta’ 20 persuna.

Raġel akkużat li qata’ l-irjus tan-nies għall-ISIS arrestat fl-Ungerija

Hu inżamm fl-ajruport ta’ Budapest fit-30 ta’ Diċembru tal-2018 u ntbagħat il-ħabs talli uża dokumenti foloz għalih u għas-sieħba tiegħu.