Għeruq jixxandar mill-ġdid

Ray Abdilla u Peter Borg f'xena mis-sensiela Għeruq

Is-sensiela Għeruq reġgħet bdiet tixxandar, din id-darba fuq l-istazzjon Xejk nhar ta’ Sibt fit-3.30pm. Is-sensiela hija addattament ta’ dramm ta’ tliet atti li Joe Gatt kitebsnin ilu bl-isem ta’ U Għebet il-Hena. Dan kien dramm li tratta l-ġlieda bejn il-progress u t-tradizzjoni.

Fl-episodju tal-lum naraw kif f’xelter fl-eqqel tal-gwerra twieled Bennard. Ommu Marjanna ferħana bit-tarbija qatt m’għaddielha minn moħħha li l-maħbub tagħha Enrico qatt m’hu se jara frott imħabbithom. Is-snin itiru u l-ħajja tibqa’ miexja, ħajja ta’ tbatija għal Marjanna u binha Bennard. Imma issa jitfaċċa Feliċ li jħoss ħasra għal din l-omm żagħżugħa u għal binha, ħasra li tinbidel f’imħabba u forsi tama ġdida għal ħajja aħjar għal Marjanna u binha. Izda l-Baruni Anton DeGiovanni isir jaf minn xiex kienu għaddejjin dik l-omm u binha, dak l-iben li fil-vini tiegħu ikollu d-demm nobbli tal-familja DeGiovanni?

Għeruq b’kitba ta’ Joe Gatt għandu produzzjoni ta’ Hermann Bonaci Productions.