Għeluq ta’ Triq Pantar f’Ħal Lija

Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tavża li Triq Pantar f’Ħal Lija se tkun maghluqa għat-traffiku bejn it-8 ta’ filghaxija u l-5 ta’ filgħodu, minn għada il-Gimgha 11 sa nhar il-Ħamis 17 ta’ Diċembru.
Is-sewwieqa huma mitluba jsuqu bil-galbu u jsegwu is-sinjali u l-istruzzjonijiet mogħtija.
Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent.