Għeluq snin in-nannu Ċens

Filwaqt li dalgħodu fil-11.35pm se tixxandar ir-repetizzjoni tal-episodju ta’ Ġrajjiet in-Nannu Ċens li xxandar ilbieraħ filgħaxija, illejla fis-7pm fuq l-istazzjon One se jintwera t-tielet episodju minn din is-sensiela bi produzzjoni ta’ Mixta Drama, addattament għat-televiżjoni minn Dominic Said tal-istejjer miktuba minn Trevor Żahra.

Il-jum ta’ għeluq snin in-nannu Ċens wasal u ċ-ċelebrazzjonijiet li ħejjew għalih familtu waslu wkoll. Kulħadd għamel li seta’ biex in-nannu jkollu birthday speċjali. Ta’ madwaru ftehmu li kollox kellu jkun sorpriża, u b’hekk iddeċidew li jġegħluh jaħseb li kulħadd nesa’ dan il-jum tant importanti għalih!.

Il-pjan beda miexi ħarir, iżda f’daqqa u l-mument faqqgħat sajjeta fil-bnazzi!