Għażla ta’ iktar kotba fil-librerija pubblika ta’ Għawdex

Żdiedet l-għażla ta’ kotba għat-tfal ta’ bejn tlieta u seba’ snin fil-librerija pubblika ta’ Għawdex.
Dan wara li l-Ministeru għal Għawdex ippreżenta ammont ta’ kotba lil-librerija, kif isir kull sena permezz tad-Direttorat ekoGħawdex. Dan isir biex il-libreriji jibqgħu aġġornati u kull min jissellef il-kotba jkollu għażla aktar vasta.
Barra minn hekk, din is-sena l-ħaddiema fi ħdan id-Direttorat tal-Proġetti,  ħadmu xkaffa apposta li żgur li ser tattira u tħeġġeġ lill-istudenti jaqraw aktar.
Il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo qassam ktieb lil kull student kif ukoll library card lill-istudenti preżenti. 
Ritratt: MGOZ – George Scerri