​“Għażiża Daphne”

“Għażiża Daphne, ċerta affarijiet qatt ma messhom saru.”
Hekk tibda l-ittra onlajn li s’issa ġiet iffirmata minn madwar 8,000 persuni.
L-ittra tkompli tgħid li qed tonora l-ġlieda bla waqfien li l-ġurnalista assassinata Daphne Caruana Galizia kienet tiġġieled bl-iskop li Malta tkun post aħjar.
In-nies fakkru kif Caruana Galizia kienet tuża kliem b’saħħtu li jqanqal ħsibijiet ta’ ġustizzja u kif dejjem sabet il-kuraġġ li tgħid il-verità minkejja kull ostaklu. Stqarru li l-ġurnalista għamlithom kburin filwaqt li nies oħra kienu jwaqqgħu wiċċ Malta l-art.
L-ittra tintemm b’wegħda li n-nies se jkomplu jżommu l-fjamma ta’ Daphne Caruana Galizia mixgħula u li se jiżguraw li ssir ġustizzja. Jgħidu li dawn mhux se jieqfu sakemm jaraw bidla reali.
Tista' tara l-ittra sħiħa hawn.