Għażiża 2014 – il-memorji ta’ Federica Falzon dalwaqt fi ktieb

Il-kantanta Federica Falzon bħalissa għaddejja bl-aħħar irtokki fuq ktieb bijoġrafiku bl-isem Għażiża 2014.
Newsbook.com.mt jista’ jiżvela li l-ktieb se jkun miktub minn Joseph Bonnici u se jinkludi l-memorji tal-aqwa mumenti li għaddiet minnhom Federica fl-2014. Dawn jinkludu l-mument tar-rebħa ta’ Ti Lascio una Canzone fllimkien ma’ Vincenzo Carni, il-mument meta Federica kantat ma’ Joseph Calleja u l-memorji tagħha meta rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision u kisbet ir-raba’ post.
Bħalissa l-ktieb jinsab għall-pubblikazzjoni u se jkun lest fl-aħħar nofs ta’ Novembru.
Il-qligħ tal-ktieb se jmur għall-Community Chest Fund.
Dalwaqt Newsbook.com.mt se jippublika intervista sħiħa ma’ Federica Falzon dwar il-ktieb.