Għaxra mejta wara ħabta fir-Rumanija

Read in English.

Għaxar persuni mietu wara ħabta bejn trakk u minibus fir-Rumanija.

L-inċident seħħ fir-raħal ta’ Balaciu fir-reġjun ta’ Ialomita fin-nofsinhar tal-pajjiż. Il-pulizija lokali fetħet investigazzjoni li iżda tista’ tkun imfixkla mill-fatt li x-xufiera taż-żewġ vetturi huma fost l-għaxar vittmi.

Il-President Rumen Klaus Iohannis esprima dispjaċir għal dak li ġara u ammetta li n-nuqqas ta’ infrastruttura fit-toroq jista’ jkun daqstant fatali. Il-kwalità baxxa tat-toroq tar-Rumanija qed ikollha impatt negattiv fuq l-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż. B’popolazzjoni ta’ 20 miljun, ir-Rumanija għandha biss 800 kilometru ta’ toroq għall-vetturi li huwa daqs nofs dak tal-pajjiż ġar l-Ungerija minkejja li dan tal-aħħar għandu daqs nofs il-popolazzjoni Rumena.