Għaxart ijiem ta’ luttu uffiċjali għall-vittmi tal-coronavirus fi Spanja

Ħabel iżomm bandiera Spanjola b’ċoff iswed fuq gallarija ta’ dar wara li l-gvern Spanjol iddikjara għaxart ijiem ta’ luttu uffiċjali għall-vittmi tal-coronavirus, matul il-pandemija tal-marda tal- coronavirus (COVID-19), f’Ronda, Spanja, Mejju 26, 2020. REUTERS/Jon Nazca

Read in English.

Il-gvern Spanjol iddikjara perjodu uffiċjali ta’ luttu ta’ għaxart ijiem li se jibda minn nhar l-Erbgħa, biex jitfakkru madwar 30,000 persuna li tilfu ħajjithom minħabba l-pandemija tal-coronavirus f’wieħed mill-pajjiżi li ntlaqat l-agħar minn din il-marda, qalet Maria Jesus Montero, kelliema għall-gvern.

Matul il-perjodu ta’ luttu, il-bnadar se jittajru mezzasta fuq il-binjiet pubbliċi kollha tal-pajjiż kif ukoll fuq il-bastimenti tal-flotta militari, qalet meta tkellmet mal-ġurnalisti wara laqgħa tal-kabinett.

Il-perjodu se jintemm b’ċerimonja uffiċjali mmexxija mill-kap tal-istat b’tifkira tas-26,834 persuna rreġistrati li tilfu ħajjithom fil-pajjiż. Spanja rrappurtat total ta’ 235,400 każ ikkonfermat tal-marda minn meta din faqqgħet fil-pajjiż.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn