Għaxar snin ħabs wara li qassam 12,000 kopja tal-Vanġelu

Iranjan, li kkonverta mill-Iżlam għall-Kristjaneżmu, intbagħat għaxar snin ħabs wara li nstab ħati li qassam 12-il elf kopja tal-Vanġelu fil-pajjiż.

Wara li rċieva s-sagrament tal-magħmudija, Mohammad-Hadi Bordbar, magħruf bħala Mostafa waqqaf knisja fid-dar tiegħu stess fejn kien jorganizza laqgħat ta’ talb, li fl-Iran huma meqjusa bħala illegali.

Mostafa ġie arrestat f’Diċembru li għadda wara li l-pulizija għamlu rejd f’daru, fejn sabu materjal relatat mal-Kristjaneżmu fosthom films, kotba, CDs u fuq 6,000 kopja tal-Vanġelu.

B’rabta ma’ dan il-każ, il-pulizija interrogat madwar 50 Iranjan Kristjan.