Għaxar persuni jmutu u oħrajn jindarbu fi splużjoni fl-Iraq

Splużjoni qrib il-belt ta’ Basra fin-Nofsinhar tal-Iraq ħalliet għaxar persuni mejta u diversi oħrajn midruba. L-isplużjoni seħħet qrib l-istazzjon tal-karozzi tal-linja. Basra hu l-port ewlieni tal-Iraq, b’dawn l-attakki seħħew jiem qabel l-għaxar anniversarju mill-invażjoni Amerikana fl-Iraq.

L-attakki f’Basra huma relattivament rari meta mqabbel ma’ reġjuni oħra fl-Iraq, bil-vjolenza żdiedet fil-ġimgħat li għaddew minħabba protesti mill-membri Sunni kontra l-Gvern. Ta’ min jgħid ukoll li fil-jum tal-Ħamis, aktar minn 20 persuna nqatlu f’sensiela ta’ splużjonijiet fil-kapitali Baghdad.