Għaxar baħrin nieqsa wara li destroyer ħabat ma’ tanker taż-żejt

Għaxar baħrin jinsabu mitlufa u ħamsa oħra weġġgħu meta destroyer tal-Istati Uniti ħabat ma’ tankker taż-żejt ftit ‘il barra mill-kosta ta’ Singapore.
Skont il-qawwa navali tal-Istati Uniti, id-destroyer Amerikan kien qed jipprepara biex jidħol f’port fil-Lvant ta’ Singapore meta għal xi raġuni ħabat mat-tanker.
Intant bħalissa għaddejja tfittxija estensiva għal dawk il-baħrin mitlufa.
Ħadd abbord it-tanker taż-żejt ma weġġa’ u minkejja ħsara kbira li għandu fuq quddiem, ma kien l-ebda tixrid ta’ żejt.
It-tanker jiżen 30,000 tunellata, jiġifieri tliet darbiet aktar id-destroyer.
Il-President Amerikan kiteb mal-ewwel fuq Twitter joffri t-talb għal dawk mitlufa u l-familji tagħhom u jħabbar li għaddejja tfittxija estensiva.
Xahrejn ilu, seba’ baħrin tal-Istati Uniti mietu meta destroyer ieħor ħabar ma’ vapur tal-containers viċin il-port ta’ Yokosuka fil-Ġappun.