“Għax ried jagħmel baga fil-baħar…”; l-ERA siekta

Daniel Cordina

L-allegat xogħol bla permess f’Marsalforn li ġie rrapurtat s-Sibt qed jingħad li sar minn individwu li ried jagħmel baga fil-baħar u skont sorsi infurmati għamel dan ix-xogħol mingħajr permess.

Madanakollu l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) għadha ma weġbitx għall-mistoqsijiet li bagħat Newsbook.com.mt dwar il-każ.

Is-Sibt, il-Viċi Sindku taż-Żebbuġ Daniel Cordina, kiteb fuq Facebook li qed isir xogħol mingħajr l-approvazzjoni tal-awtoritajiet ħdejn il-baħar f’Marsalforn. Cordina kien qal li x-xogħol ġie mqabbad biex isir mill-Ministeru stess. Madanakollu, il-Ministeru għal Għawdex kien qal li x-xogħol ma kienx awtorizzat min-naħa tal-Ministeru.

Ma’ Newsbook.com.mt, il-kelliem għall-Ministeru għal Għawdex kien fakkar kif il-Partit Laburista kien wiegħed li se jsir breakwater f’Marsalforn. Spjega li “l-Ministeru għal Għawdex qed jaħdem fuq dan il-proġett biex finalment iseħħ.” Qal li kwalunkwe intervent li jista’ jfixkel dan il-proġett mhux se jkun ittollerat.

Intant illum saret laqgħa b’urġenza mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ f’12pm. Cardona reġa’ kiteb fuq Facebook u rrimarka li l-Kunsill huwa favur il-bini tal-breakwater ta’ Marsalforn u se jibqa’ jikkopera bis-sħiħ mal-Ministeru dwaru.

Fil-messaġġ aħħari tiegħu fuq Facebook, Cordina insista li xogħolijiet ta’ dan it-tip għandhom isiru, madanakollu mhux fiż-żmien tas-sajf u fiż-żmien il-festa ta’ Santa Marija. Fakkar li Marsalforn huwa post turistiku, u jiddependi ħafna fuq it-turiżmu. Irrimarka li huma bosta s-sidien tar-ristoranti li jiddependi fit-tliet xhur tas-sajf sabiex ipattu għaż-żmien tax-xitwa.

Sostna li fejn isiru l-iżbalji hemm bżonn li wieħed jitgħallem minnhom u ma jkunx supperv jew jaħrab mir-realtà tal-verità.

Illum 13 ta Awwissu 2018 ,gejt mitlub biex nattendi ghal-laqgha orgenza tal-kunsill lokali li saret 12.00pm.wara li…

Posted by Daniel Cordina on Monday, August 13, 2018