Għax demmu partikolari salva 2 miljun tarbija

James Harrison, Awstraljan ta’ 78 sena, hu meqjus li rnexxielu jsalva żewġ miljun tifel u tifla minħabba li jagħti d-demm.
Harrison għandu demmu partikolari.
Fih fattur speċifiku li jiġġieled il-marda Rh – u li twassal biex jekk omm tqila jkollha din il-marda, li tgħaddi għal għand it-tarbija fil-ġuf, tista’ saħansitra titlifha.
Minn meta t-tobba skoprew dan il-fattur fid-demm ta’ Harrison, ir-raġel ta d-demm għal iktar minn 1,000 darba u rnexxielhom jiżviluppaw kura kontra din il-marda propju b’demm Harrison.
Ir-raġel kien beda jagħti d-demm ta’ età żgħira meta operazzjoni salvatlu ħajtu meta kellu jingħata 13-il litru ta’ demm.
Minn dakinhar ’l hawn, baqa’ jagħti d-demm għalkemm stqarr li jibża’ mil-labra.