Għawwiema Maltin jirrappreżentaw lil Malta fl-Ungerija

L-għawwiema Mya Azzopardi, Kyle Buhagiar, Andria Friggieri, Andrea Mallia, Leah Tanti u Martina Valletta, bħalissa jinsabu l-Ungerija fejn qed jirrappreżentaw lil Malta fil-European Youth Olympic Festival.
Il-kontinġent Malti huwa mmexxi mill-kowċ nazzjonali, Artem Goncharenko u akkumpanjat minn numru ta' atleti u uffiċjali mill-Kumitat Olimpiku Malti.
Fost l-avvenimenti li qed jieħdu sehem fihom iż-żgħażagħ Maltin, hemm il-Freestyle, Breaststroke u Backstroke sew tat-tfajliet kif ukoll tal-ġuvintur fuq distanzi varji, kif ukoll il-medleys fuq livell ta' timijiet u individwali.
Intant fl-ewwel ġurnata, Andrea Mallia rnexxielu jikser ir-rekord nazzjonali fil-100 metru breaststroke meta spiċċa f'ħin ta' 01:10.52 u kiser il-ħin imwaqqaf minn Neil Muscat ta' 01:10.92.