Għawwiem mitluf f’Baħar iċ-Ċagħaq; ħelikopter parti mit-tfittxija

Għawwiem mitluf Baħar iċ-Ċagħaq ħelikopter tfittxija pulizija

Żagħżugħ ta’ 20 sena li kien qiegħed jgħum bil-maskla f’Baħar iċ-Ċagħaq intilef u għaddejja tfittxija għalih, anke permezz ta’ ħelikopter.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-assistenza b’rabta mal-każ issejħet għall-ħabta tad-8.45 pm. Raġel ta’ 38 sena minn Ħal-Qormi kien qed jgħum maż-żagħżugħ meta seħħ l-inċident. Huwa tela’ waħdu però ż-żagħżugħ ta’ 20 sena minn Raħal Ġdid ma tfaċċax.

Dgħajsa u ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta qed jgħinu fit-tfittxija. Hemm ukoll membri tal-Pulizija mid-Disrett tan-Naxxar fuq il-post.

Skont il-Pulizija, minkejja d-dlam it-tfittxija għaż-żagħżugħ għadha għaddejja.

L-inħawi ta’ fejn jidher li għeb iż-żagħżugħ: