Għawwiem jaqla’ spalla u oħra taqa’ għal daharha f’Kemmuna u r-Ramla

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, l-għassiesa tal-Emergency Response and Rescue Corps assistew għadd ta’ għawwiema fil-bajja ta’ Bejn il-Kmiemen f’Kemmuna u fir-Ramla.
Nhar is-Sibt, għawwiem ta’ nazzjonalità barranija li kellu madwar 50 sena, ittella’ lejn l-art wara li għejja jgħum. Minkejja li rrakkommandawlu biex imur l-isptar, ir-raġel irrifjuta.
Inċident ieħor seħħ fil-bajja ta’ Bejn il-Kmiemen, meta għawwiem qala’ spalltu. Hu ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għal aktar kura, permezz tal-ambulanza tal-baħar Lifesaver 1.
Sadanittant, fil-bajja tar-Ramla, l-għassiesa tal-baħar għenu mara Franċiża, li waqgħet għal daharha fuq il-blat. Ambulanza ħadet lill-mara l-isptar t’Għawdex.