Read in English.
Raġel miet wara li nstab f’diffikultà f’Kemmuna. L-inċident seħħ qrib l-irdumijiet u l-għerien fl-inħawi tal-bajja ta’ Santa Marija. Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn membri tal-ERRC li kienu għassa mal-bajja.
Il-Pulizija fi stqarrija qalu li r-raġel għandu 42 sena u residenti San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3pm.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li r-raġel ġie trasferit lejn Għawdex fejn ambulanza assisstiet lir-raġel fil-Port tal-Imġarr. Aktar tard huwa ġie kkonfermat mejjet fuq il-post mit-tabib tal-isptar.
Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Bridgette Sultana li ħatret diversi esperti biex jassistuha.