Filmat: Għawma għall-Karità b’risq Id-Dar tal-Providenza l-Ħadd li ġej

L-Għawma għall-Karità b’risq Id-Dar tal-Providenza se ssir filgħodu ta’ nhar il-Ħadd li ġej fuq il-pont tal-Marfa.
L-għawma hi inizjattiva ta’ Manuel Calleja ta’ Koptaco Coaches Cooperative Ltd, li rnexxielu jikseb l-appoġġ ta’ għadd ta’ assoċjazzjonijiet sportivi fosthom tal-Malta Rugby Football Union u ta’ diversi klabbs ta’ arti marzjali u dixxiplini oħra.
Nhar il-Ħadd li ġej, il-membri ta’ dawn l-għaqdiet se jaqbżu l-baħar għall-karità jew jagħmlu donazzjoni ta’ €10 għad-Dar tal-Providenza.
Id-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr Martin Micallef, faħħar l-inizjattiva li hi waħda mill-attivitajiet li qed isiru biex ifakkru l-50 Anniversarju tat-twaqqif tad-Dar.