Għawdxin dilettanti tal-Motocross fi Sqallija

Ġie organizzat ġemellaġġ ta’ atleti tal-Motocross bejn Għawdex u Sqallija mill-Assoċjazzjoni Għawdxija tal-Motocross. 
F’din l-attivitàpparteċipaw12-il atleta biex jieħdu sehem fil-kompetizzjonijiet ma’ Sqallin fit-trekk tal-Motocross ta’ Frankavilla. 
Il-ġemellaġġ kien mifrux fuq jumejn, fejn is-Sibt l-atleti kellhom ġurnata ta’ taħriġ f’kundizzjonijiet li s-sewwieqa Għawdxin li mhumiex imdorrijin fihom, filwaqt li l-Ħadd bdew il-kompetizzjonijiet li telgħu għalihom. 
Steve Xuereb kiseb it-tielet post fi Klassi A, filwaqt li fi Klassi B, Robert Spiteri ġie t-tieni, segwit minn Jorn Stellini fit-tielet post. Keith Bugeja ġie fl-ewwel post fl-ewwel ‘heat’ tal-ġurnata f’din il-kategorija. 
Xuereb kiseb it-tieni post fil-kompetizzjoni tal-aħħar, bejn is-sewwieqa bl-ikbar ammont ta’ punti miż-żewġ klassifiċi. 
It-tfajla Emma Xuereb ingħatat tifkira ta’ parteċipazzjoni, filwaqt li ngħataw il-premji lir-rebbieħa kollha. 
Fit-tieni parti ta’ dan il-ġemellaġġ, is-sewwieqa Sqallin se jmorru Għawdex biex jikkompetu fit-trakka tal-Motocross f’Ta’ Xħamja.