Għawdxin bi bżonnijiet speċjali jżuru l-Parlament

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia ltaqa’ ma’ persuni bi bżonnijiet speċjali li jagħmlu użu mis-servizz taċ-Ċentru Santa Marta fir-Rabat, Għawdex.
Huma kienu akkumpanjati mit-tmexxija taċ-ċentru kif ukoll minn membri tal-familja tagħhom.
L-Ispeaker spjega kif il-Parlament il-ġdid huwa aċċessibbli għal kulħadd.
Huwa rringrazzja lill-organizzaturi tal-impenn tagħhom lejn il-persuni li għandhom bżonn attenzjoni kontinwa.
Fi tmiem iż-żjara, ir-residenti taċ-Ċentru Santa Marta ppreżentaw lill-Ispeaker, inkwatru magħmul minn materjal riċklat.

Ritratt: DOI – Reuben Piscopo