Għawdxi u trid tikteb Malti aħjar?

Għal sena oħra f’Għawdex hu mistenni jiġi offrut il-kors għaċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti.
Madanakollu, il-kors jiftaħ biss jekk ikun hemm l-għadd minimu ta’ applikanti eliġibbli.
Il-kors f’Għawdex hu l-istess li jsir f’Malta, bil-lezzjonijiet isiru fiċ-Ċentru Universitarju ta’ Għawdex fix-Xewkija.
Il-lezzjonijiet jibdew fi Frar u jsiru kull nhar ta’ Ġimgħa mill-5pm sad-9pm u s-Sibt mit-8am sa nofsinhar.
Min se japplika għall-kors f’Għawdex, imma jista’ jattendi għall-kors f’Malta, hu mħeġġeġ japplika wkoll għall-kors li se jsir f’Malta bħala t-tieni preferenza.
Il-kors hu organizzat mid-Diaprtiment tla-Malti fl-Università bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti.
L-applikazzjoni li tista’ titniżżel mis-sit tal-Kunsill tal-Malti  għandha tintbagħat sat-13 ta’ Jannar fuq www.um.edu.mt/arts/malti/avvizi/cqp
F’każ ta’ mistoqsija ikteb lil provi-malti.arts@um.edu.mt.