Għawdxi ta’ 16-il sena se jikkompeti fl-isparar fl-Awstralja

Marlon Attard, Għawdxi li għandu biss 16-il sena se jkun qed jirrappreżenta lil Malta f’żewġ kompetizzjonijiet sportivi ġewwa l-Awstralja fid-dixxiplina tal-isparar, l-iskeet.
Attard ġie magħżul mill-Kumitat Olimpiku Malti sabiex jikkompeti fil-Commonwealth Games li se jsiru f’Gold Coast l-Awstralja, u se jipparteċipa ukoll fl-ISSF Junior World Cup f’Sydney.
Waqt laqgħa maż-żagħżugħ, il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana, ferħitlu tal-opportunità li se jkollu biex jirrapreżenta lil Malta fl-isfera internazzjonal.
Fakkret ukoll fl-impenji tal-Gvern sabiex isiru diversi faċilitajiet sportivi f’Għawdex, flimkien mal-ewwel edizzjoni tal-iskema l-ġdida għall-għaqdiet sportivi biex jiksbu fondi għall-proġetti tagħhom.
Il-Ministru Caruana saħqet li Attard għandu privileġġ u responsabilità kbira għaliex se jkun qed iservi bħala mudell għaż-żgħażagħ kollha Għawdxin.
Ritratt: MGOZ – Terry Camiller