Għawdxi arrestat wara li nstab fil-pussess ta’ għasafar protetti

Raġel mix-Xagħra ġie arrestat mill-Pulizija wara li nstab li fir-residenza tiegħu kellhu ammont konsiderevoli ta' għasafar protetti ibbalzmati. 

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-għasafar jammontaw għal aktar minn 80. 

Jirriżulta li r-raġel kellu wkoll numru ta' għasafar oħra miżmuma fi freezer fosthom fjamingi. 

Kienet persuna oħra li avżat lill-Pulizija li r-raġel kien qed iżomm dawn l-għasafar protetti.