Għawdxi arrestat dwar kaċċa illegali u tajr ibbalzmat

Żagħżugħ Għawdxi ġie arrestat b’rabta ma’ kaċċa illegali u tajr ibbalzmat fir-residenza tiegħu fil-Fontana.
Newsbook.com.mt jinsab infurmat li kien ftit qabel id-9am li ssejħet il-Pulizija meta rċeviet rapport ta’ kaċċa illegali fil-Wied ta’ Marsalforn.
Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li fit-tfittxijiet li saru f’daru nstabu tajr ibbalzmat, uħud minnu protett.
Huwa ġie mitkellem mill-Pulizija fl-Għassa tar-Rabat.