Għawdex u Kemmuna bl-akbar żieda ta’ pannelli

Read in English.

Għawdex u Kemmuna rreġistraw l-akbar żieda ta’ pannelli.

Skont statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) Għawdex huwa l-aktar reġjun bl-akbar żieda ta’ pannelli fotovoltajiċi fil-gżejjer Maltin mill-2016. Ir-reġjun Għawdxi jinkludi wkoll lill-Kemmuna.

Iż-żieda kienet ta’ 44%. B’hekk il-ġenerazzjoni tal-elettriku mix-xemx laħqet total ta’ 155GW.

Aktar minn 90% ta’ dawn il-pannelli qed jintużaw mid-djar u l-bqija jintużaw min-negozji u mill-Gvern.