Il-libsa partikolari li se jilbes Għawdex fl-Għid

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li Għawdex se jkun qed jilbes libsa partikolari għal dan iż-żmien tas-sena fl-Għid.
Caruana qalet dan fit-tnedija tal-ħames edizzjoni ta’ ‘Għawdex – Arti, Fidi u Tradizzjoni’. Din is-sena, il-programm għal żmien l-Għid se jibda mill-1 ta’ Marzu u jintemm nhar il-Ħadd il-Għid, fl-1 ta’ April 2018.
Il-Ministru spjegat li xi tiżjin għal din l-attività sar minn persuni b’diżabilità li jattendu fiċ-ċentru ta’ matul il-jum ta’ Santa Marta, kif ukoll mill-anzjani li jattendu għall-programmi fil-komunità.
Il-Ministru semmiet fost oħrajn id-diversi funzjonijiet li se jsiru ġewwa l-knejjes, il-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Għid il-Kbir, kif ukoll għadd ta’ kunċerti ta’ mużika sagra u musical. Qalet li se ikun hemm ukoll għadd ta’ esebizzjonijiet ta’ arti viżiva kif ukoll attivitajiet għat-tfal.
Il-Ministru qalet li bil-kollaborazzjoni u l-esperjenza ta’ kulħadd, kemm fis-settur kulturali, mill-aspett reliġjuż u anke dak kummerċjali, inħoloq programm li jolqot il-gosti ta’ kulħadd.
Aktar dettalji fuq visitgozo.com jew hawn.