Għawdex jista’ jkun destinazzjoni ideali għall-pazjenti tad-Dimensja – Justyne Caruana

Is-Segretarju Parlamentaru għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità u l-Anzjanità Attiva, Justyne Caruana, offrit l-għajnuna tas-Segretarjat biex Għawdex ikun promoss bħala Dementia Friendly Destination.
Waqt laqgħa mal-Gozo Tourism Association, Justyne Caruana spjegat kif anke l-oqsma tal-anzjanità u tal-persuni b’diżabilità jistgħu jgħinu lill-Għawdex fil-qasam tat-turiżmu speċjaliżżat.  
Dr Caruana saħqet dwar l-importanza li jiġu esplorati niċeċ addattati għal Għawdex biex filwaqt li jingħelbu l-isfidi tal-kompetizzjoni, tiġi indirizzata l-istaġonalità li tafliġġi l-qasam turistiku f’Għawdex.
Il-Malta Gozo Toursim Associations irringrazjat lis-Segretarju Parlamentari tal-ideat tagħha għax “għandhom potenzjal enormi li jiġġeneraw turiżmu li jiddistingwi lil Għawdex minn destinazzjonijiet oħra.”