Għawdex: Jinqabdu 23 bid-droga, 2 ipejpu f’postijiet ipprojbiti

23 persuna nqabdu bid-droga f’Għawdex fl-aħħar tliet snin. Fl-istess perjodu, żewġ persuni tressqu l-Qorti wara li nqabdu jpejpu f’postijiet ipprojbiti.
Din iċ-ċifra ħarġet fil-Parlament mill-Ministru għall-Intern Michael Farrugia għall-mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.
Iċ-ċifri juru li fl-2015 inqabdu disa’ persuni, erbgħa fl-2016 u 10 fl-2017.
Minnhom tressqu l-Qorti 14. L-oħrajn għadhom iridu jitressqu.
Il-Ministru qal ukoll li kien hemm persuna waħda taħt l-età li nqabdet f’post ipprojbit fl-istess perjodu.