​Għawdex jikkontribwixxi 1.8% tal-VAT miġbura fil-pajjiż

Fl-2013 u din is-sena s’issa, minn Għawdex waħdu nġabret 1.8% tal-VAT kollha miġbura fil-pajjiż.
Iċ-ċifri ngħataw fil-Parlament mill-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna fi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Frederick Azzopardi.
Fl-2013, b’kollox inġabru €706,705,860.81 mit-taxxa tal-VAT li minnhom €693,601,253.75 inġabru minn Malta filwaqt li € 13,104,607.06 inġabru minn Għawdex.
Din is-sena s’issa, b’kollox inġabru €541,127,885.13 mill-VAT maqsuma bejn €531 ,492,582.00 miġbura f’Malta u €9,635,303.13 miġbura f’Għawdex.
F’termini perċentwali, dan ifisser li Għawdex ikkontribwixxa 1.85% tal-VAT kollha miġbura fil-pajjiż fl-2013 u 1.78% għal dik miġbura din is-sena s’issa.