Għawdex: Fjamingu jinqabad … u ieħor jinqatel?

Il-pulizija f’Għawdex irċevew rapporti li fjamingu żgħir kien qed jittajjar fl-inħawi tax-Xwejni fil-limiti taż-Żebbuġ.

Il-fjamingu inqabad mill-pulizija għall-ħabta tal-10.45am u min-naħa tagħhom għaddewh f’idejn l-entitatjiet rispettivi biex jittieħed f’riserva naturali.

Sadanittant Newsbook.com.mt huwa infurmat li għal ħabta ta’ 8pm tal-bieraħ fjamingu li kien fl-inħawi tax-Xatt l-Aħmar limiti t’Għajnsielem inqatel b’xi tiri.

Newsbook.com.mt tkellem ma' residenti f'Għajnsielem li filwaqt li wħud ikkonfermaw li l-fjamingu nqatel ilbieraħ filgħaxija, oħrajn qalu li bħalissa sparaturi fil-viċin huma komuni, minħabba l-istaġun tal-kaċċa tal-fenek.

Il-pulizija ma rċeviet l-ebda rapporti dwar dan il-każ. Għaldaqstant il-pulizija ma setgħetx tikkonferma din l-informazzjoni.